Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Attivitajiet Socjali

Bhala parti mill-kampanja ta' Fund Raising li ta' kull sena l-Ghaqda ta' l-Armar torganizza diversi attivitajiet socjali sabiex minbarra li jingabru xi ftit fondi ghall-ispejjez li ta' kull sena jsiru fl-armar, dawn iservu wkoll ta' rikreazzjoni ghal membri, familjari u diversi hbieb ohra li jattendu b'mod regolari ghall dawn l-attivitajiet.

L-attivitajiet socjali principali li ilhom isiru ghall diversi snin huma id-Dinner Dance fi zmien il-festi tal-Milied u Barbeque Kbir li jsir f'Awissu jew Settembru. Dawn iz-zewg attivitajiet minn dejjem kienu success u ghalihom jattendu numru kbir ta' nies.

Fis-11 ta' Dicembru 2004 l-Ghaqda ta' l-Armar organizzat Dinner Dance tal-Milied gewwa is-Sala St Philip's gewwa Haz-Zebbug, u ghalkemm il-gurnata kienet wahda ta' maltemp qawwi u kesha, il-konkorrenza ghal din l-attivita kienet wahda qawwija. Is-Sodisfazzjon ta' kull min attenda kien evidenti.

Matul is-sena li ghaddiet propju fid-9 ta' Lulju 2005 konna organizzajna Barbeque gewwa 'Il-Cortile Farm House' tal-Balal, San Gwann. Din l-attivita kienet wahda divertenti u dawk kollha prezenti hargu kollha sodisfatti.

Ghall- Milied tas-sena 2005 imbaghad gie organizzat Dinner Dance fis-16 ta' Dicembru 2005 gewwa il-Lukanda Qawra Palace Hotel, fil-Qawra. Nistghu nghidu li din l-attivita kienet wahda mill-aqwa. L-ikel kien servut bhala buffet u kulhadd kiel kemm felah. L-ikel kien wiehed eccellenti. Diversi persuni attendew ghal dan id-Dinner Dance u kull min gie hareg sodisfatt.

Barra minn hekk, matul is-sena, l-membri ta' l-Ghaqda organizzaw diversi ikliet tal-hbieb bejniethom. Dawn isiru minn zmien ghal zmien partikularment f'okkazjonijiet specifici.

 

Dawn l-Attivitajiet flimkien ma diversi Lotteriji, gbir u pubblikazzjonijiet li tippubblika l'Ghaqda ta' l-Armar jghinu sabiex jingabru il-fondi mehtiega sabiex l-Ghaqda tkun tista tkompli bix-xoghol taghha minghajr minghajr  ma tkun ta' piz finanzjarju fuq il-Parrocca.  Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li xi darba jew ohra, attendew ghal xi attivitajiet li ahna organizzajna, inheggu lil ohrajn sabiex jattendu u minbarra li jirrekrijaw ruhom jkunu qed jghinuna sabiex nissoktaw bix-xoghol taghna b'risq l-armar tal-Festa.