Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Illum 18 ta' Marzu 2007 bhala parti mill-attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali taz-Zejtun fl-okkazjoni ta' Jum iz-Zejtun 2007 giet imtellgha bandiera gdida taz-Zejtun.  Din il-Bandiera ta' kobor enormi giet imtellgha ghal ewwel darba mis-Sindku taz-Zejtun J.N. Attard u mill-Arcipriet tal-Parrocca Fr Eric Overend. Ic-celebrazzjoni qasira u simbolika, fuq ir-Roundabout ta' Vjal il-25 ta' Novembru, bdiet b'Talba mill-Arcipriet innifsu fejn wara din il-Bandiera giet imbierka. Wara Messag qasir mis-Sindku J.N. Attard, din il-bandiera giet imtellgha ma' l-Arblu ggantesk li gie imtellgha ghal okkazjoni il-bierah wara nofs inhar.

L-Arblu li fuqu ittellghet din il-bandiera kien inhadem mill-membri ta' l-Ghaqda ta' l-Armar fis-sena Centinarja 2005 u beda jintrama ghal festi ta' Santa Katarina V.M..  Din is-sena dan l-arblu reggha gie modifikat u msahhah u gie armat fis-17 ta' Marzu 2007 sabiex fuqu tkun tista tizzannzan u tittellgha l-Bandiera l-Gdida taz-Zejtun, fl-okkazzjoni ta' Jum iz-Zejtun. L-Arblu huwa twil 125pied u minghajr ebda dubju huwa l-itwal arblu tal-bandiera, minghajr ventijiet li jinsab fil-gzejjer Maltin. 

Il-Bandiera li giet imzanzna illum hija twil 80 pied b'50 pied wisa' u giet kummissjonata mill-membri ta' L-ghaqda ta' l-Armar 25 ta' Novembru. 

 

Minn Qalbna irridu nirringrazzjaw l-ewwel u qabel kollox lil Wisq rev. Arcipriet Fr. Eric Overend li habrek ferm u stinka sabiex din l-okkazjoni tal-llum saret realta, lis-Sindku J.N. Attard u l-kunsilliera tal-Kunsill Lokali Zejtun, lil Salvu Spagnol tas-servizz tieghu bil-Krejn sabiex stajna intellghu l-arblu, lil J.Grima tas-servizz tieghu bit-tower Ladder kif ukoll lil diversi persuni ohra li minghajr l-ghajnuna sfiqa taghhom ma konniex inkunu f'pozizzjoni li inzanznu din il-bandiera.  Grazzi.