Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Din is-sena minghajr dubju ser tkun sena ohra memorabbli minhabba li propju din is-sena ser tigi mzanzna bandiera gdida. Il-Bandiera ta' Santa Katarina. Kienet ilha tberren f'mohhna sa minn dik il-gurnata li fiha tellajna l-arblu ghal ewwel darba u b'sodisfazzjon inhossu li ma ghaddiex wisq zmien sakemm sa fl-ahhar nistghu nghidu li din il-holma saret realta.

Kien f' Sttembru 2005 meta ghal ewwel darba konna tkellimna mas-Sur Joseph Tanti mijnn Haz-Zebbug, maghruf ahjar bhal il-'Buxa', dwar il-hsieb li kellna f'mohhna.  Huwa minghajr dubju, kien xi ftit sorpriz u wkoll bezghan minn bandiera daqstant kbira, izda wara li ra id-determinazzjoni taghna, accertana li kien lest jidhol ghal sfida bhal din. Sa Novembru 2005, cioe sa gheluq il-Festi Centinarji tal-1700 sena mill-Martirju u l-Glorja ta' Santa Katarina, is-Sur Tanti kien hejja d-disinn taghha u dan kien intlaqgha tajjeb ferm. Konna konvinti li dak kellu jkun id-disinn li fuqu kellha issir din il-bandiera.  Bhal f'kollox l-ugiegh ta' ras kienet il-finanzjament ta' din il-bandiera, li konna konvinti li kienet ser tiswa hafna flus.  Ma domnhiex wisq sakemm konna sibna erba benefatturi li bejniethom kienu lesti jhallsu din il-bandiera.  Bhala rikonoxximent tal-kontribut ta' dawn il-benefatturi kien deciz li l-erba skudetti li kien hemm fuq id-disinn, f'kull kantuniera tal-bandiera, kellhom igibu l-armi ta' kunjom il-benefatturi nfushom.

F'Awissu 2006 inxtara id-drapp tas-suf li bih kellha issir din il-bandiera, u immedjatament wara dan ittiehed ghand is-Sur Joseph Gerada min-Naxxar sabiex dan ihiet din il-bandiera. Fi zmien il-Milied ta' l-istess sena, bdejna, flimkien ma' l-artist Tanti, inhejju il-mollijiet tal-kartun sabiex inkunu nistghu inkabbru id-disinn fuq il-bandiera, u f'Jannar, hekk kif is-Sur Gerada lesta mill-hjata taghha, il-bandiera ittiehdet fil-Platea tal-Juventutis Domus fejn il-mollijiet li saru gew trasposrtati fuq il-Bandiera.

Kien l-ewwel ta' Frar meta il-bandiera ittiehdet fl-istudju tas-Sur Tanti fejn immedjatament inbeda ix-xoghol fuqha. Ma ghandniex xi nghidu, ix-xoghol ta' pittura kien wiehed intensiv u s-Sur Tanti hareg l-abbiltajiet kollha tieghu ghax verament din il-bandiera tista tissejjah kapulavur tieghu.

Il-bandiera li hija kbira 50x75 pied u minghajr dubju hija l-akbar bandiera mpittra fil-Gzejjer Maltin, hija iddominata mill-figura ta' l-istatwa ta' Santa Katarina li qeghda fin-nofs taghha, filwaqt li aktar l-isfel fil-gnib ta' din il-figura, hemm il-knejjes dedikati lilha, cioe l-antika, maghrufa bhala San Girgor u l-knisja Parrokkjali prezenti. taht il-knejjes hemm zewg skudetti li wiehed minnhom fih l-arma taz-Zejtun, filwaqt li l-iehor huwa dak bl-arma ta' Santa Katarina. Palma u Zebbuga jikkumplimentaw dawn l-iskudetti. fl-erba' kantunieri insibu erba skudetti ohra bl-armi tal-kunjomijiet Abela, Cassar, Ferriggi u Sinagra li jirraprezentaw l-armi tal-kunjomijiet tal-benefatturi taghha. minbarra id-disinn rikk li jdur dawra mejt ma' din il-bandiera, fin-nofs taht il-figura ta' Santa Katarina insibu skudett iehor, ftit ikbar bil-kliem 'Santa Katarina Harisna Ghal Dejjem'

Din il-Bandiera ghanda tigi moghtija simbolikament mill-benefatturi lil parrocca u wara mbierka gewwa il-Parrocca taz-Zejtun nhar is-sibt 9 ta' Gunju 2007 wara l-quddiesa tas-6:30Pm. Imbaghad il-Hadd 10 ta' Gunju 2007, Jum Hrug il-Vara min-nicca, din il-bandiera ghanda tinkixef ghal ewwel darba f'Misrah ir-Repubblika, quddiem ic-Centru Parrokkjali. F'din ic-cerimonja ser tiehu sehem ukoll il-Banda tal- Boy Scouts taz-Zejtun. Imbaghad nhar is-sibt 16 ta' Gunju 2007, lejliet il-festa fl-10:00Am il-bandiera ghanda titla ghal ewwel darba ma l-arblu taghha fi Vjal il-25 ta' Novembru. 

Is-Sibt 9 ta' Gunju 2007

Wara l-Quddiesa tas-6:30Pm, fil-Knisja Parrokkjali taz-zejtun, giet imbierka il-bandiera mill-W.R. Arcipriet Fr Erik Overend. F'din ic-cerimonja qasira imma sinifikanti giet moghtija wkoll tifkira ta' l-okkazjoni lil erba' benefatturi ta' din il-bandiera.

Il- Hadd 10 ta' Gunju 2007

Illum il-Hadd 10 ta' Gunju 2007 l-attivita tal-Kxif tal-Bandiera bdiet b'marc mill-Banda tal-Grupp ta' l-Iscouts taz-Zejtun mis-Sede' taghhom sa fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fejn wara li inghata salut mill-istess banda, il-bandiera ingibdet matul wire li kien stirat mill-kampnar tal-Knisja sac-Centru parrokkjali. Il-Bandiera ingibdet mill-W.R. Arcipriet Fr. Erik Overend fost l-entuzjazmu u l-approvazzjoni tal-folla prezenti.

minghajr dubju din il-bandiera kien milqugha bl-isbah kummenti u kull minn kien prezenti kellu biss kliem ta' tifhir.  Il-Pass li jmiss huwa nhar is-sibt 16 ta' Gunju 2007 meta ghal habta ta' l-10:00Am din il-bandiera ghanda tigi mtellgha ma l-arblu taghha ghal ewwel darba.

Is-Sibt 16 ta' Gunju 2007

Is-sibt 16 ta' Gunju 2007 ghal habta ta' l-10:15Am il-bandiera giet imtellgha ma l-arblu ghal ewwel darba u nistghu nghidu li ghaxxqet lil kull min mhux biss kien prezenti ghat tlugh taghha izda lil kull min raha. Lejliet u nhar il-festa din il-bandiera kien tiddomina fuq beltna bit-tperpir taghha.

Minn Qalbna rridu nghidu Grazzi mill-Qalb lil Dawk kollha involuti u flimkien intennu il-kliem li hemm miktub fuq din il-Bandiera

"SANTA KATARINA HARISNA GHAL DEJJEM"