Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Festa ohra grandjuza

Matul il-gimgha bejn il-11 u it-18 ta' Gunju 2006 il-Belt taz-Zejtun regghet libset ghal darb' ohra l-libsa tal-festa. Bla dubju bhas-snin precedenti il-Parrocca flimkien ma l-Ghaqdiet involuti fil-festa regghu qamu ghal din l-okkazjoni. Flimkien bhala komunita ergajna konna xhieda ta' dawk il-valuri li nemmnu fihom. Flimkien ergajna ghamilna festa grandjuza lil Padruna taghna Santa Katarina V.M.

Minghajr dubju, problemi u diffikultajiet ma jonqsux, izda b'rieda tajba u b'sens ta' maturita irnexxilna ghal darb'ohra naghtu ezempju lil kulhadd.  L-Ghaqda ta' l-Armar 25 ta' Novembru kienet involuta bis-shih f'din il-festa u ghal darb' ohra tat xhieda ta' l-impenn shih taghha ghal festa.  Ghal din l-okkazjoni l-Ghaqda ta' l-Armar regghet ippubblikat il-Ktejjeb taghha 'L-Armar', kif ukoll il-programm il-Kbir tal-festa u s-sunnett. F'Jum il-festa l-Ghaqda regghet ghal darb' ohra stiednet li Banda Santa Katarina taz-Zurrieq li wara li ghamlet marc tul Triq San Girgor, akkumpanjat il-Purcissjoni solenni ta' Santa Katarina b'daqq ta' innijiet religjuzi u marci.  

Filwaqt li b'wiccna minn quddiem niftahru bis-successi globali ta' din il-festa, flimkien inkomplu nitheggu sabiex ghas-snin li gejjin inkomplu nahdmu sabiex mhux biss inkomplu bir-ritmu taghna matul is-sena izda wkoll sabiex inkomplu nahdmu sabiex niddiskutu u neghlbu d-diffikultajiet li nistghu niltaqghu maghhom.

Bl'ghajnuna t'Alla u b'Santa Katarina V.M. maghna inkomplu nikbru fil-maturita taghna sabiex il-futur taghna ikun wiehed mibni fuq il-valuri li dejjem hdimna ghalihom.