Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

 

Festa Gunju 2009

Ghal darb' ohra gewwa z-Zejtun iccelebrajna bi kbir il-festa tant ghaziza ghalina, il-festa tal-Padruna taghna il-Lixandrina Santa Katarina V.M.

Bla dubju ergajna ghamilna festa kbira u festa li mhux biss taghmel gieh lilna lkoll li nahdmu u nistinkaw sabiex norganizzaw din il-festa izda taghmel gieh liz-Zejtun u liz-Zwieten kollha.

Bla dubju ta' xejn il-Kontribut ta' Kulhadd flimkien jaghmel din il-festa success kbir. Bla dubju grazzi specjali tmur l-ewwel u qabel kollox lill-Parrocca bhala l-organizzatur ewlieni ta' din il-festa, b'mod specjali lil Arcipriet Fr. Eric Overend u lil kleru, liz-zewg socjetajiet Muzikali, Beland u Zejtun tal-Kontribut qawwi taghhom sabiex jigu organizzati il-festi esterni, lil shabna ta' l-Ghaqda tan-nar 25 ta' Novembru li din is-sena tawna spettaklu aqwa minn snin ohra, u bla dubju lil shabi kollha ta' l-Ghaqda ta' l-Armar li flimkien hdimna u stinkajna sabiex inkomplu inkabbru din il-festa.  Ma nistghu ninsew li diversi persuni u organizzazjonijiet ohra tas-sehem u s-sosten taghhom sabiex il-festa kienet tant success.  Irridu nsemmu bla tlaqliq lil shabna li jarmaw l-armar gewwa l-Knisja immexxija mis-Sagristan habrieki Pawlu Zammit, lin-nisa li jahslu u jnaddfu il-Knisja matul is-sena u li fil-festa ikunu aktar imhabbta mis-soltu, lill-grupp li ta' kuljum ilestilna l-ikla ta' nofsinhar matul il-gimgha tal-festa, immexxija minn Tony Abela u diversi persuni ohra.

Irridu nizzu hajr ukoll lil Poplu kollu taz-Zejtun li bil-kontribut finanzjaraju tieghu jaghmel din il-festa.

Grazzi kbira lil kull min kien strumentali sabiex ghal darb' ohra irnexxilna nohorgu bl-unuri kollha u konna ta' ezempju tajjeb ghal kulhadd.

Ghal aktar ritratti tal-festa ta' din is-sena tista taghfas fuq Photo Gallery/Festa 2009.