Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

1700 sena mill-Martirju u l-Glorja ta' Santa Katarina V.M

Fis-sena 2005 fiz-Zejtun giet ccelebrat kif tixraq Sena Centinarja sabiex tfakkar l-1700 sena mill-Martirju u l-Glorja tal-Padruna titulari taghna Santa Katarina V.M.

Sa minn zmien qabel il-bidu ta' din is-sena, l-Arcipriet habrieki taghna Rev. Eric Overend ha hsieb sabiex iwaqqaf Kummissjoni Centinarja li kienet komposta minn membri ta' l-ghaqdiet kollha involuti. L-iskop ewlieni kien dak li dawn il-festi ikunu organizzati b'mod professjonali u fuq kollox sabiex dawn ikunu ta' qawmien spiritwali fil-Parrocca.  Din il-Kummissjoni hadet hsieb sabiex wara diversi laqghat u diskussjonijiet, taghzel logo ghal dawn il-festi, jigi komponut innu tac-centinarju u fuq kollox organizzat programm vast ta' attivitajiet.  Bla dubju, dawn l-attivitajiet kienu jolqtu lil parruccani kollha b'mod spiritwali, socjali, kulturali, letterarji, muzikali u sportivi.  Il-programm tal-attivitajiet kien mifrux fuq medda ta' sena shiha u fih kienu involuti l-ghaqdiet u individwi kollha li hawn fiz-Zejtun. 

L-attivitajiet bdew propju f'Jum Kristu Re ta' l-2004 li fih saret manifestazzjoni nazzjonali,  fiz-Zejtun, u intemmu fil-festa Liturgika ta' Santa Katarina V.M fil-25 ta' Novembru 2005.  Matul din is-sena saru hafna u hafna attivitajiet fosthom diversi inizzjattivi godda li kienu marbuta ma' l-okkazjoni.  Minghajr dubju il-qofol tac-celebrazzjonijiet kienet il-festa titulari li saret fit-tielet hadd ta' Gunju.  L-attivitajiet kollha li saru kienu lkoll success tremend, pero huwa fatt cert li l-karateristici principali kienu l-Ghaqda shiha li rrenjat bejn kulhadd.

Ma nistghux ma nsemmghux ukoll li propju fl'okkazjoni tac-Centinarju, saru diversi progetti kbar, fosthom ir-restawr ta' l-Istatwa ta' Santa Katarina V.M., il-wasla ta' erbgha qniepen Godda, l-istatwa gdida taz-zwieg mistiku ta' Santa Katarina (ta' b'ghaxra), u r-restawr tal-Kwadru titulari ta' l-Artal tal-Madonna tar-Ruzarju.  

Saru wkoll diversi inizzjattivi bejn il-parrocca taghna u dik taz-Zurrieq, li hija wkoll dedikata lil Santa Katarina, fosthom is-sehem tal-Fratellanzi tas-Sagrament fit-Transolazzjoni rispettivi taz-zewg parrocci, kif ukoll permezz ta' pelegrinagg ghas-Sinai fl'Egittu li sar bejn iz-zewg parrocci.

Kollox ma kollox l-iskop ewlieni ta' dawn il-Festi Centinarji li gew organizzati, mhux biss intlahaq izda l-frott kbir li hallew dawn il-festi centinarji ser nibqghu nghixuhom flimkien ghal dejjem.

Sabiex tara diversi ritratti tac-Centinarju ghafas fuq 'Ritratti Centinarju' fuq il-lista tax-xellug tal-pagna.