Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Ghaqda tal-Banda Zejtun AD:1933

L-Ghaqda tal-Banda Zejtun tnisslet bejn l-1928 u l-1932 meta fic-Centru Laburista taz-Zejtun, bl-inizjattiva ta' Karmenu Grima u l-Pittur Guzeppi Caruana twaqqfet banda.  Din bdiet l-ewwel bhala Jazz Band immexxija mill-kurunettista Salvu Pace.  Meta kibret tmexxiet mill-ewwel surmast Onorato Gauci, izda zviluppat bhala banda filarmonika regolari bl-entuzjazmu u l-hila ta' Mro. Guzeppi Maria Dalli.

Fil-bidu tas-snin tletin, minhabba nkwiet bejn il-Partit Laburista u l-Knisja, ic-Centru Laburista taz-Zejtun kellu jaghlaq izda minfloku, l-Kumitat u l-membri, iddecidew, fuq mozzjoni taz-zghazugh Guzeppi Attard, li biex ikollhom lokal minn fejn setghu ikomplu bl'attivita socjali u kulturali, iwaqqfu iz-Zejtun Band Club.  Dan gie ufficjalment registrat mal-Pulizija fl-20 ta' Settembru 1933.  L-ewwel President Onorarju kien it-Tabib Pawlu Boffa u s-Sur Nikola Attard President.  Mikiel Farrugia kien segretarju u Benedett Magro Kaxxier.  Billi dawn kollha kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat tac-centru laburista, l-Ghaqda l-gdida baqghet maghrufa fost iz-Zwieten bhala 'tal-Labour'.

Hekk jistgha jinghad li l-Banda Zejtun twaqqfet qabel l-Ghaqda innifisha. Infatti l-banda kellha tesegwixxi programm fil-pjazza fis-17 ta' Settembru 1933 izda billi l-ghaqda ma kienetx registrata, il-pulizija irrifjutat il-permess.  Ghalhekk dan il-programm kien thalla ghall-lejliet il-festa, l-24 ta' Novembru 1933.  Dak inhar indaqqet ghal ewwel darba l-marcia sinfonica "La Liberta" tas-Surmast direttur G.M.Dalli, kompozizzjoni ta' xhieda tas-sentimenti, l-emozzjoni u l-motivazzjoni tal-fundaturi tal-Ghaqda Banda Zejtun.

Sitt snin wara Mro. G.M.Dalli bi qbil mal-Kumitat u s-soci ghadda l-Banda f'idejn ibnu Hector Dalli li kompla mexxa il-Banda l-quddiem u maghha kabbar ismu u kiseb l-aqwa fama.  Mill-1945 sa nofs is-snin hamsin il-Banda Zejtun kienet taghmel il-marc grandjuz tal-festa wara nofs inhar.  Dan kien maghruf bhala 'tal-Pinta' ghax ghalih kienu jikkonkorru mijiet ta' partitarji haddiema li wara l-ikel kienu imdorrija jixorbu pinta nbid.

Matul dawk is-snin il-Kumitat habrieki immexxi mit-tieni President, il-Kaptan Serafin Xuereb, xtraw id-dar fil-misrah ewlieni u wara xtraw ukoll il-gnien ta' wara d-dar.  Hadmu bla heda sabiex bnew it-teatru Pandora, li gie inawgurat fl-1955.  Fl-1952 gie mahtur surmast direttur tal-banda Mro. Edgar Lowell, klarinettista solista fit-teatru ta' l-opra, li ghall-lejliet il-festa rawwem tradizzjoni ta' programmi klassici b'siltiet mill-opri ghall-kor u solisti.

Fl-1976 nhatar bhala surmast direttur Mro. Paul Buttigieg li izda ghamel biss sentejn f'din il-kariga, sabiex warajh ha t-tmexxija tal-banda Mro. Joseph M. Barbara li reggha qajjem entuzjazmu gdid fil-banda u fil-partitarji.

 

Is-snin 80 gabu progress kbir u hidma sfiqa fi hdan l-Ghaqda tal-Banda Zejtun.  Wara l-mewt tal-Kaptan Xuereb fl-1976 nhatar President Karmenu Grima u fl-1977 nhatar ir-raba' president tas-socjeta is-Sur Joe Attard.  Il-maturita u l-kontribut tad-dirigenti u partitarji gab svolta qawwija f'kull qasam.  Tkabbar il-Kazin, it-Teatru Pandora gie ridekorat u beda x-xoghol fuq plancier artistiku. Fl-1979 il-banda regghet bdiet tiehu sehem fil-Karnival tal-Belt u bejn l-1980 u l-2004 hadet l-ewwel premju tlieta u ghoxrin darba, record assolut. Fl-1984 gie mahtur bhala surmast direttur tal-banda Mro. John J. Pace.  F'dik is-sena ukoll fiz-Zejtun bdiet issir il-Purcissjoni ta' Kristu Rxoxt f'Hadd il-Ghid u l-Banda Zejtun baqghet tiehu sehem fiha kull sena.

Is-sena 1985 kienet wahda memorabbli ghall-Ghaqda Banda Zejtun li minbarra li zanznet il-plancier artistiku taghha, zanznet ukoll uniformi tal-Bandisti gdida. F'dik is-sena minbarra il-Programm celebri li sar fl'okkazjoni ta' l-inawgurazzjoni tal-plancier, f'Gunju, saret ukoll Akkademja Muziko Letterarja fil-Knisja Arcipretali taz-Zejtun f'Novembru.  Sena wara l-Banda rebhet il-Konkors Nazzjonali ghall-Baned Maltin li sar fit-Teatru Manoel il-Belt. Fl-1988 il-Banda esegwit programm Impressjonanti fil-pjazza fuq il-plancier artistiku taghha u f'waqt minnhom il-banda inghaqdet ma' l-Orgni tal-Knisja li ndaqq minn Mro. Joe Caruana.

Minbarra l-Kumitat Centrali, insibu ukoll is-sezzjonijiet taz-zghazagh u dik tan-nisa li flimkien ma diversi ferghat ohra jkomplu iharsu l-quddiem b'fiducja sabiex ikomplu jkattru is-successi li dejjem kisbet l-Ghaqda tal-Banda Zejtun.

Sabiex izzur il-Website ufficjali ta' l-Ghaqda tal-Banda Zejtun ghafas fuq:                http://www.bandazejtun.com