Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Il-Mahzen ta' l-Armar

Kull min xi darba jew ohra nizel sal-mahzen ta' l-Armar li jinsab wara il-knisja, ezattament taht ic-Centru parrokkjali jistgha forsi jifhem ahjar ix-xoghol li ta' jum ikun qed isir b'risq l-armar tal-festa, ghal ohrajn li qatt forsi ma kellhom l-okkazjoni jaslu wasla s'hawn forsi jistghu biss jimmaginaw kemm xoghol isir u x'attivita issib ta' kull jum matul is-sena kollha.

Ix-xoghol ta' l-Armar tal-festa mhux biss hija xi haga li tahseb ghaliha meta tasal il-festa sabiex tarma u zzarma l-armar, izda hija attivita minghajr tmiem. Kuljum issib xi haga x'taghmel sabiex tirranga jew tipprepara xi haga gdida.  Iz-zghazagh li jiffrekwentaw il-mahzen ta' kuljum huma kollha voluntieri u lkoll flimkien bhala familja wahda jahdmu bla heda sabiex meta tasal il-festa ix-xoghol taghhom jigi armat fit-toroq sabiex jitgawda minn kulhadd.

L-istess zghazagh jahsbu ukoll sabiex jorganizzaw Fund Raising sabiex dak kollu li jaghmlu ikun ta' l-inqas piz fuq il-parrocca ingenerali. Barra minn hekk huma jiehdu hsieb ukoll li jghinu lil parrocca, fejn ikun mehtieg, f'kull attivita li torganizza.

Matul is-sena 2004 gewwa l-Mahzen ta' l-Armar sar xoghol estensiv ta' kostruzzjoni.  Minhabba progett ambizzjuz li l-parrocca qed tippjana ghac-centru parrokkjali, kif ukoll minhabba li kien hemm xi hsarat fl'art li kien hemm, gie deciz li fil-parti principali tal-mahzen, fejn jintuza bhala workshop u fejn jintrefghu l-antaljoli kellha tinbidel l-art li hafna minnha kienet maghmula mid-deffun.  F'Settembru 2004 wara konsultazzjoni ma' l-Arcipriet Fr Eric Overend inbeda ix-xoghol.  L-antaljoli kollha gew mahruga mill-mahzen u ttiehdu f'bitha privata, sabiex ikun jista jsir ix-xoghol. Konna tkellimna mal-Kuntrattur Charles Bonnici li offrilna li jaghmel ix-xoghol bi ftit spejjes.  Meta bdejna inhaffru sabiex naghmlu pedament sod ghal art gdida sibna li madwar zewg filati l-isfel mill-art originali kien hemm wicc ta' blat li kien imqatta lixx. F'dawn ic-cirkustanzi wara li ezaminajna il-post u d-diffikultajiet li stajna niffaccjaw gie deciz li l-art tal-parti principali tal-mahzen kellha titbaxxa l-isfel sabiex mhux biss nirbhu aktar gholi, izda sabiex inkunu nistghu inbaxxu ir-rampa u intawwlu l-gholi tal-bieb principali. Il-materjal kollu li nhareg mill-mahzen gie mitfugh fi skips kbar li gew offruti lilna mill-Kunsill Lokali. B'Kollox hrigna madwar 14 il-skip ta' terrapien. Wara li tajna konkos gdid fil-parti fejn jintrefghu l-anataljoli, hsibna sabiex naqilghu il-parti tal-workshop u r-rampa tal-bieb. Hawnhekk kellna ftit aktar problemi minhabba li barra li ma kienx hemm qiegh ta' blat, ridna nahsbu ghal hofra (sentina) fejn immur l-ilma tax-xita li setgha jidhol mir-rampa, kif ukoll ridna nibdlu il-medda ta' katusi tad-drenagg li kienu ghaddejin minn taht. Ix-Xoghol tlesta fi zmien relativament qasir ta' hames gimghat.

Kien imiss issa li nahsbu sabiex naghmlu rack gdid li fuqu nerfghu l-antaljoli, kif ukoll li nahsbu sabiex inbajjdu il-mahzen. Ix-xoghol inbeda immedjatament u sa' Novembru 2004 ix-xoghol kien komplut minn kollox. l-antaljoli regghu ingibu lura f'posthom u tqeghdu fuq ir-rack gdid li kien inhadem. Immedjatament wara bdejna nahdmu fuq ix-xoghol ta' l-armar tal-festa u bdejna x-xoghol fuq sett ta' pilandri godda li sal-festa ta' Gunju 2005 lestejna erbgha minnhom. Ma ghandniex xi nghidu, meta bdejna narmaw ghal festa ta' Gunju 2005, indunajna li dak ix-xoghol kollu li konna ghamilna matul is-sena kien halla hafna frott. Bil-kundizzjonijiet godda li konna qed nahdmu fihom naqqasna hafna u hafna mit-tbatija li konna inbatu qabel, li kienet konsegwenza li l-bieb l-antik kien baxx wisq sabiex tohrog dak l-armar tqil u goff kollu minnu.

Kollox ma kollox ix-xoghol fil-mahzen issir dejjem b'hegga u determinazzjoni u barra minn hekk isir dejjem mill-qalb minn tant zghazagh li ghalihom il-mahzen ta' l-Armar huwa il-post fejn jistghu jesprimu it-talenti ghanja taghhom u fejn l-icken idea taghhom tista tissarraf f'xoghlijiet mill-isbah.