Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Il-Parrocca taz-Zejtun

Iz-Zejtun sar parrocca qabel l-1436 u ghaldaqstant huwa wiehed mill-eqdem parrocci u kienet tigbor fiha l-irhula ta' lvant ta' Malta. F'dawk iz-zminijiet Iz-Zejtun insibuh f'mapep antiki, maghruf bhala Casal Santa Caterina u kien jigbor mieghu l-irhula ta' Bisqallin, Haz-Zabbar, Hal Ghaxaq, Hal Gwann u Hal Bisbut, li llum minn dawn kollha min inqata' ghalih u sar parrocca u l-ohrajn li ma kienux jghoddu aktar minn ftit nies, baqghu maqghudin mar-rahal li kienu mieghu u saru maghrufin bhala z-Zejtun.

Haz-Zabbar inqatgha mill-parrocca taz-Zejtun u sar parrocca ghalih fl-1616 taht il-harsien tal-Madonna tal-Grazzji, filwaqt li fl-1626 inqatghet ukoll il-parrocca ta' Hal-Ghaxaq taht il-Harsien ta' Marija Assunta.  Fl-1949 inqatghet minn Haz-Zabbar il-parrocca ta' Sant' Anna f'Wied il-Ghajn u ghaldaqstant il-Parrocca taz-Zejtun bdiet tissejjah Arcimatrici minhabba li kienet saret nanna tal-Parrocca ta' Wied il-Ghajn.

Fl-1797 il-Granmastru Hompesch kien ried immur u jattendi ghal purcissjoni ta' San Girgor li ta' kull sena kienet issir mill-Katidrall ta' l-Imdina sal-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katarina fiz-Zejtun. Il-Purcissjoni ta' San Girgor minn dejjem kienet issir b'pompa kbira u kien ikun fiha tassew x'tara. Il-Parrocci ta' Malta kollha kienu jiehdu sehem fiha u n-nies kienet tmur bi hgarha u tqim din it-traduzzjoni antika. Iz-Zwieten bla dubju ferhu bih qatiegh u hejjewlu festa li jibqa jiftakarha. Fl-istess sena iz-Zwieten stiednu lil Granmastru Hompesch ghall-festa ta' Santa katarina li kienet tigi ccelebrata fil-25 ta' Novembru, u ghaldaqstant kif kien mistenni iz-Zwieten regghu hejjew festa mill-aqwa lil dan is-Sultan. Wara li attenda ghal din il-festa il-Vicipargu Dun G.M. Tortella flimkien mal-Kleru taz-Zejtun talbu lil Granmastru sabiex jaghti t-titlu ta' Belt lil dan ir-rahal. Fit-30 ta' Dicembru 1797 b'digriet mahrug mill-palazz, il-Granmastru Hompesch laqa' din it-talba u gholla iz-Zejtun ghat-titlu ta' belt taht l-isem Citta Biland. Biland kien propju kunjom xbubit omm il-Granmastru innifsu.

Sa qabel inbniet il-Knisja Parrokkjali tal-llum, il-Knisja parrokkjali kienet dik illum maghrufa bhala San Girgor li izda minn dejjem kienet dedikata li Santa Katarina. Huwa mahsub li l-ewwel kappella ckejkna li kienet tezisti, qabel din il-knisja parrokkjali qadima, kienet inbniet fis-seklu XII.  Fl-1492 din il-Knisja giet mibnija mill-gdid bhal ma tghid skrizzjoni li tinsab fil-kopla ta' din l-istess knisja. Skrizzjoni li hija miktuba bil-latin.  Din il-Knisja hija maghrufa ta' San Girgor minhabba il-Purcissjoni li ssir ta' kull sena, l-erbgha ta' fuq l-ghid il-kbir.

Wara li mill-Parrocca taz-Zejtun kienu inqatghu il-parrocci ta' Haz-Zabbar u Hal-Ghaxaq, in-Nobbli Girgor Bonnici haseb sabiex jixtri bicca art fiz-Zejtun sabiex fuqha tkun tista tinbena Knisja Parrokkjali gdida u barra minn hekk kien halla fit-testment tieghu li ir-renti kollha tieghu ghal 30 sena shah kellhom immorru ghal bini ta' dan it-tempju.  L-ewwel gebla ta' dan it-tempju tqieghdet mill-Isqof Cocco Palmier fil-25 ta' Novembru 1692 u tlestiet ghal kollox fl-1720 fi zmien il-Kappillan Dun Ugolinu Bonnici. Il-Knisja hija mill-isbah u hija meqjusa bhala l-Aqwa xoghol ta' l-Arkitett Lorenzo Gafa.  Din il-Knisja hija maghrufa wkoll bhala il-Katidrall ta' Lvant.

Ghoxrin sena wara kienu inbnew iz-Zewg Kappelluni filwaqt li fl-1778 kienu inbnew in-navi.  Il-Knisja kienet konsagrata fil-11 ta' Mejju 1744 mill-Isqof Alferan.  

Ghal taghrif aggornat dwar il-hajja fil-Parrocca taz-Zejtun zur il-website http://www.zejtunparish.com