Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Ghaqda tan-Nar 25 ta' Novembru

L-Ghaqda tan-Nar 25 ta' Novembru taf l-origini taghha meta madwar l-1975, numru ta' zghazagh li kienu jiffrekwentaw il-Knisja sabiex jarmaw l-armar tal-Festa, kienu bdew jghinu lis-Sagristan Ganni Abela fil-gbir tal-flus ghan-nar tal-Festa.  Dak iz-zmien in-nar ghal festa kien kollu jinxtara minn barra iz-Zejtun. Kien dan il-bidu ta' kollox ghax ghall-festa ta' l-1975 stess beda jsir xi xoghol minn dawn id-dilettanti zghazagh bl'ghajnuna ta' persuni anzjani dilettanti tan-nar miz-Zejtun stess, kif ukoll minn persuni ohra li dak iz-zmien kien jinxtara n-nar minghandhom.  Dak iz-zmien il-flus ghan-nar kienu jingabru billi kienu jigu organizzati lotteriji u jsiru diversi souvenirs bhal key-chains u posters u kien isir Kalendarju li baqa' jsir sal-gurnata tal-llum.

Fis-snin tmenin ix-xoghol tan-nar ghal festa, kien zdied sewwa fiz-Zejtun u ghaldaqstant kienet bdiet tinhass il-htiega li tinxtara bicc' art li fuqha setghet tinbena fabbrika tan-nar.  Fl-1986 l-Ghaqda tan-Nar irnexxilha tixtri bicca art fl'inhawi maghrufa 'ta' lambordi fejn wara li intalbghu il-permessi kollha mehtiega u dawn gew approvati, giet mibnija il-Fabbrika tan-nar 25 ta' Novembru.  Il-Kamra tan-nar kienet inbniet mill-membri ta' l-Ghaqda stess, kif ukoll diversi kontributuri ohra li taw daqqa t'id gmiela fil-bini taghha. Fl-1990 il-Fabbrika kienet tlestiet minn kollox u ghaldaqstant fiss beda ix-xoghol fuq in-nar tal-festa. Propju fl-1990 kienet l-ewwel darba li l-festa ta' Santa Katarina giet iccelebrata fix-xahar ta' Gunju u kienet ukoll l-ewwel festa li n-nar kollu ta' ajru sar mid-Dilettanti Zwieten fil-Fabbrika taghhom.

Illum propju 30 sena wara it-twaqqif tal-Ghaqda tan-Nar u l-15 il-sena mill-bini tal-fabbrika tan-nar, l-membri ta' l-Ghaqda qed jaghtu kontribut siewi sabiex il-festa tant ghaziza ghaz-Zwieten tkompli tikber u timmatura. Ta' kull sena l-Ghaqda tan-Nar tiehu hsieb in-nar kollu li jinharaq fil-jiem tal-festa, u forsi ghalkemm mhux b'tant abbundanza, hija taghti spettakli ta' nar li jkomplu jaghtu aktar hajja lil Festa Titulari.

J'Alla Santa Katarina tkompli thares lil dawn il-Membri zghazagh li b'periklu ghalihom infushom, ta' kuljum jattendu fil-fabbrika tan-nar sabiex jezercitaw it-talenti taghhom b'mod volontarju.