Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Iz-Zwieg Mistiku ta' Santa Katarina V.M (ta' b'Ghaxra)

Fost l-armar ta' barra tal-festa li wiehed issib fiz-Zejtun, zgur li ma l-ewwel daqqa t'ghajn jolqtuk zewg statwi kbar li jintramaw fuq iz-zewg nahat tal-Knisja parrokkjali, dik tal-Martirju ta' Santa Katarina li tintrama f'Misrah ir-Repubblika, quddiem is-Sala Parrokkjali, maghrufa ahjar fost iz-Zwieten bhala ta' b'Hamsa u iz-Zwieg Mistiku ta' Santa Katarina V.M. li tintrama f'nofs Misrah Gregorio Bonnici, bejn il-plancieri taz-Zewg baned, maghrufa ahjar bhala ta' b'Ghaxra. 

Ghaliex dawn iz-zewg statwi huma maghrufa bhala ta' b'Hamsa u ta' b'Ghaxra? Facli wiehed jinnota li dawn hadu dan il-laqam, biex nghidu hekk, minhabba n-numru ta' statwi li fiha kull wahda rispettivament.

Ghalkemm l-istatwa tal-martirju jidher li baqghet dejjem b'hames statwi, dik taz-Zwieg Mistiku jidher li minhabba ragunijiet mhux maghrufa spiccat biss b'madwar hames statwi ukoll.  Wisq probabbli li il-kumplament ta' l-istatwi taghha spiccaw inkissru bil-maltemp, minhabba li kif jaf kulhadd il-festa kienet issir dejjem fix-xitwa u ghaldaqstant dawnl-istatwi dejjem kienu esposti ghal rjiehat u xita. Stat kurjuz huwa il-fatt li ghalkemm jezistu ritratti antiki li juru kif kienet din l-istatwa fl'istat originali taghha, qatt sa issa ma sibna ritratti li juru din l-istatwa armata fil-pjazza fuq il-pedistall taghha.  Jista jkun fatt ukoll li din qatt ma intramat shiha fuq il-pedistall minhabba il-kobor taghha.  Staqsejna diversi anzjani dwar dan il-fatt izda hadd ma qalilna li jiftakar din l-istatwa armata fuq il-pedistall taghha b'ghaxar figuri.  L-aktar li jiftakruha nies hija biss b'sebgha figuri.  Kien x'kien il-fatt, kienet ferm hasra li statwa bhal din kienet biss memorja fuq ritratti antiki.

L-istatwa originali kienet inhadmet ezattament fis-sena 1896 minn Vincenzo Maria Cremona gewwa l-istudju tieghu f'tas-Sliema. Ghal din l-istatwa kienu ingabru 62 lira li minnhom Cremona ha biss 27 lira, l-ohrajn kienu spejjes ta' trasport u x'aktarx il-pedistall taghha li sar fis-sena 1897.  

Ghal diversi snin kienu ilu jberren f'mohhna li din l-istatwa nergghu naghtuha il-hajja. Konna nafu li dan ma kienx facli u li sabiex nergghu naghmlu statwa gdida fuq l-istess stil li kienet dik antika kellna bzonn nahdmu qatiegh minhabba li konna nafu li din kienet ser tinvolvi hafna u hafna spejjes.  Wara hafna tlugh u nzul konna tkellimna mal-mibkui Frans Cassar 'il-Lewzu' li kien ghamlilna kuragg kbir u huwa kien lest li personalment ihallas ghal Madonna u l-Bambin.  Pass wara iehor komplejna nahdmu u wara li konna kunfidenti li konna lesti nidhlu ghal din l-isfida kbira li kellna quddiemna, tkellimna ma l-artist il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi li hekk kif urejnieh ix-xewqat taghna kif ukoll ir-ritratti antiki ta' l-istatwa originali, huwa mill-ewwel accetta b'sodisfazzjon li jidhol ghal dan ix-xoghol u accertana li kien ser jirrispetta is-suggett ta' Cremona u jaghti hajja gdida lil din l-istatwa.

Konna nafu li fis-sena 2005 konna ser naghmlu festi kbar tac-centinarju tal-1700 sena mill-martirju ta' Santa Katarina u ghaldaqstant il-hsieb taghna kien li din tkun inawgurata f'din l-okkazjoni. Nistghu nghidu li minn jum ghal iehor, kull darba li konna nzuru lil Alfred fl'istudju tieghu fil-Fgura, konna naraw zvillupi notevoli u sa mill-bidu nett li huwa beda din l-istatwa kien jidher li din kienet ser tkun opra kbira ta' arti fis-sengha tal-Kartapesta.  Ma ghandniex xi nghidu, li taghmel statwa b'ghaxar figuri ma kienetx xi haga daqstant facli izda b'kuragg u determinazzjoni l-artist zviluppa l'idejat tieghu u rnexxilu jwaqqaf statwa imprezzabli.

Fi Frar tas-sena 2005 konna morna il-Fgura sabiex ghall-ewwel darba armajna din l-istatwa fit-triq quddiem l-istudju ta' Camilleri Cauchi u hemmhekk rajna b'ghajnejna li dik il-holma taghna kienet qed tissarraf f'realta. Kollha kemm ahna bqajna impressjonati bil-gmiel u bil-perfezzjoni li l-ghaxar figuri kienu inhadmu flimkien u apprezzajna hafna li konna armajna l'istatwa minghajr l-ebda problemi. Konxji mill-fatt li din l-istatwa kienet ta' kobor gmielu, bdejna nahsbu kif nistghu intellghu din l-istatwa fuq il-pedistall taghha minghajr problemi, minhabba li it-tlett angli kbar li ghanda jittajru fl'arja kienu hafna l-barra mill-pedistall u ma kienx facli li f'dak il-gholi tahdem sabiex tpoggi dawn l'angli posthom.  Sa mill-ewwel gurnata li rajna l-istatwa armata kompluta, is-segretarju tal-ghaqda Alexander Schembri kien determinat li din l-istatwa tittellgha shiha permezz ta' gagga tal-hadid. Ghal bidu mhux kulhadd qabel ma din l-idea ghax kienet tidher kemmxejn ambizzjuza, izda immedjatament inbeda ix-xoghol sabiex jinhadem dan l-apparat li bih kellha tittella din l-istatwa. 

Kien propju il-11 ta' Gunju 2005 meta l-Artist Camilleri Cauchi kien lesta ix-xoghol kollu tieghu fuq din l-istatwa u ghal darb' ohra armajna l'istatwa quddiem l-istudju tieghu. Il-Gmiel taghha kien tassew sabih u l-ferh u s-sodisfazzjon kemm ta' l-istess Artist u taghna ilkoll kien tassew xi haga li ma tithassarx minn mohhna. f'din l-okkazjoni ippruvajna ukoll l-apparat li kien inhadem sabiex din l-istatwa tittella' fuq il-pedistall taghha. Santa Katarina kienet maghna il-hin kollu ghax kollox gie perfett. l-istatwa tqandlet mill-art ghal ewwel darba u ghalkemm ix-xoghol kien sar biss b'kalkulazzjonijiet, l-istatwa telghet mill-art ezatt invell. Dak inhar stess wara li zarmajna din l-istatwa, bdejna ingorruha ghaz-Zejtun sabiex fil-lejl ta' wara tigi armata fuq il-pedistall. 

Bil-Lejl ghal habta tas-1:00am tat-12 ta' Gunju 2005 l-istatwa giet imtellgha fuq il-pedistall bis-servizz ta' krejn li gie offrut lilna mis-Sur Salvu Spagnol.  Kien ovvju li ghalkemm bil-lejl fil-pjazza ingabbret folla ta' nies mdaqqsa, anzjuzi sabiex jaraw din l'istatwa tittellgha f'postha. kienet spontanja capcipa mill-qalb minn dawk kollha prezenti meta ghal ewwel darba din l-istatwa striehet fuq il-pedistall taghha. Il-mod tassew perfett li bih telghet din l-istatwa kien ferm ta' sodisfazzjon f'qalb dawk kollha prezenti.  Dlonk wara ghattejna din l-istatwa bi drapp isfar u abjad sabiex din tkun tista tinkixef waqt l'inawgurazzjoni taghha fl'istess jum wara li jsir hrug min-nicca tal-vara Titulari.

Filghaxija tal-Hadd 12 ta' Gunju 2005 wara programm uniku li sar fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcipretali miz-zewg baned taz-Zejtun, Beland u Zejtun, fl'okkazjoni ta' Hrug min-Nicca ta' Santa Katarina V.M., iz-zewg Baned inghaqdu f'banda wahda u flimkien daqqew fl'inawgurazzjoni ta' l-istatwa ta' b'Ghaxra. Wara diskors ta' l-Okkazjoni li sar mill-Kan. Rev. Joe Abela, iz-zewg baned daqqew l-innu Warda Bajda u l-istatwa bdiet tinkixef bil-mod il-mod. Il-folla kbira prezenti infexxghet f'capcip kbir ta' apprezzament. Minn fuq il-bejt tal-Kazin tal-Ghaqda tal-Banda Zejtun inharqet kaxxa nfernali tal-kulur u minn fuq il-bjut tal-Kazin Beland u minn fuq il-bejt tal-Knisja Parrokkjali inharqu musketterija u nar iehor ta' l-ajru. L-istatwa giet immedjatament imbierka mill-W.R. Arcipriet Fr. Eric Overend.

Bla dubju ta' xejn dik il-holma li kienet ilha tberren f'mohhna ghal diversi snin, kienet saret realta.  Kull min kien fiz-Zejtun fil-festa, innotta il-kobor u l-gmiel ta' din l-istatwa.  L-akbar statwa li qatt saret matul dan is-seklu. 

Ma nistghux ma nirringrazzjawx lil diversi benefatturi li ghinuna finanzjarjament, lil kull min kien b'xi mod involut fix-xoghol konness kollu li sar, lil Salvu Spagnol li bil-Krejn tieghu tellajna u nizzilna din l-istatwa, lil Kazini tal-Baned ta' l-appogg shih taghhom, Lil W.R. Arcipriet Fr Eric Overend, lil Anthony Aquilina li hadem l-istillarju u d-dijademi ta' l-istatwa u fl-ahhar u mhux l-inqas lil Artist l-Kav. Alfred Camilleri Cauchi u lil ibnu Aaron u lil Censu li wkoll taw daqqa t'id gmiela.  Prosit mhux biss talli lestew din l-istatwa fil-hin, izda b'mod specjali ghal opra Majestuza ta' l-arti li ghamlu. 

              Grazzi minn qalbna lil Kulhadd.