Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Arblu ta' 125 pied

Kien propju madwar sentejn ilu li ftit wara il-festa, wiehed minna, Raymond Zammit 'il-Primu' hareg bl'idea li fuq ir-roundabout ta' Vjal il-25 ta' Novembru, naghmlu arblu ggantesk.  Ghal bidu, ghalkemm kwazi kulhadd qabel ma din l-idea, ftit kien hemm dak l-entuzjazmu sabiex dan isir.  Kien propju meta bdejna nahsbu fis-sena Centinarja li din l-idea regghet tqanqlet.  Din id-darba izda kien jezisti spirtu qawwi u dlonk middejna ghonqna sabiex din il-holma titwettaq.  Bdejna nahsbu sabiex naraw x'kien l-ahjar materjal li stajna nuzaw, minhabba li konna ferm konxji li l-post fejn kellna l-hsieb li naghmluh ma kienx jippermetti li naghmlulu ventijiet.  Fittex minn hawn ghal hemm, sibna li fl-impjant ta' Paul Polidano'Ta' Borda' fit-triq tal-Barrani, kien hemm diversi pajpijiet hoxnin li kienu twal madwar 50 pied il-wiehed. Dawn il-Pajpijiet kienu jintuzaw fit-thaffir ghaz-zejt u kienu ferm utli sabiex inwettqu il-holma taghna.  Meta tkellimna ma Paul, dan mill-ewwel kien anzjuz li jghinna u nistghu nghidu li minghandu xtrajna tlieta minn dawn il-pajpijiet bi ftit flus.  Paul mill-ewwel heggigna fil-progett taghna u anke offrilna li huwa kien lest li jtella' dan l-arblu bil-krejn tieghu minghajr hlas.

Dawn il-pajpijiet ittiehdu fl'ghalqa li Raymond ghandu fi Vjal il-25 ta' Novembru fejn hemmhekk bdejn ix-xoghol taghna sabiex nahdmu dan l-arblu. Ridna bilfors naghmluh jizzarma,  minhabba li sabiex ingorruh ghal fuq il-post ma stajniex ingorruh shih.  Bdejna dlonk ix-xoghol taghna fejn iwweldjajna u mmuntajna l-pajpijiet kollha flimkien. Kienet bicca xoghol kbira u fl'istess hin konna konxji li ridna li x-xoghol taghna ikun sod bizzejjed sabiex dan l-arblu ikun jiflah ghal bandiera kbira, anke meta jkun ir-rih. Ghamilna madwar tlett gimghat niwweldjaw u sabiex lestejnieh uzajna xejn inqas minn zewg pakketti vireg 12 u iehor 10.  Il-galetta ta' l-injam inhadmet minn Joseph Zammit, hu Raymond filwaqt li l-hbula ta' dan l-arblu gew moghtija lilna minn Jesmond Ferriggi 'ta'Habel'.

Kien jonqos issa li nahsbu fil-post fejn ridna nwahhlu dan l-arblu. Tkellimna mas-Sindku, u urejnieh bl'ghanijiet taghna u huwa kien taghna il-Go Ahead sabiex inkunu nistghu inhaffru hofra kbira f'nofs ir-Rounabout sabiex inkunu nistghu naghmlu blokka kbira tal-Konkos.  Kellna problema ohra minhabba li f'nofs din ir-Roundabout hemm monument bil-Bust ta' Mikiel Abela 'Il-Bambinu' u bzajna li minhabba li konna ser inhaffru ezatt warajh, dan setgha jgarrab xi hsarat. Tkellimna mal-Familjari ta' Abela u urejnihom il-hsiebijiet taghna.  Bdejna inhaffru din il-Hofra u sibna li dan il-Monument kellu bazi soda u ghaldaqstant ma kienx hemm periklu ta' hsarat.  Sakemm sibna il-Blat inzillna madwar ghaxar piedi taht wicc it-triq  u wara li infurzajna il-hofra bil-hadid, imlejniha bil-konkos.  sabiex imlejnieha din il-hofra hadet xejn inqas minn 11 il-jarda ta' konkos.

 

Kien immiss issa li nwaqqfu dan l-arblu f'postu u sabiex inkunu certi li dan l-arblu ma kienx ser johloqilna problemi meta nigu biex intellugh iddecidejna li l-ewwel nippruvaw inwaqqfuh fl'istess ghalqa li hdimnieh.  Gibna krejn u meta waqqafna dan l-arblu ghal ewwel darba wicc kulhadd intela b'sodisfazzjon. ir-rizultati finali kienu eccelenti u ma kellna l-ebda problemi, ghax ghalkemm l-arblu kien ggantesk, il-hxuna tal-pajpijiet kienet bizzejjed sabiex dan l-arblu ikun sod bizzejjed li ma jitghawigtx waqt it-tlugh tieghu.

Kien immiss issa l-ahhar u l-aktar mument importanti, dak li nwaqqfu l-arblu f'postu. Hafna kienu xettici dwar kemm kien ser jirnexxilna naghmluh minghajr problemi izda il-kuragg taghna u l-fiducja f'dak li ghamilna kienu aktar minn bizzejjed.  Kellna bzonn krejn iehor aktar izghar minhabba li l-krejn ta' Paul Polidano kien kbir wisq sabiex jidhol fl'ghalqa u nghabbu l-arblu fuq it-trakk sabiex ingorruh. Hawnhekk sibna wkoll lil habib taghna Salvu Spagnol li wkoll offrilna li jaghtina is-servizzi kollha li kellna bzonn bil-krejn tieghu, minghajr hlas.  Wasal il-mument u f'inqas minn siegha u nofs l-arblu taghna kien f'postu. Kollha kemm ahna hadna nifs qawwi li dak li konna ilna nahsbu fih sar realta.  Dlonk wara tellajna fuqu il-Bandiera nazzjonali li ddominat ir-roundabout fil-jiem tal-Festa.  Kull filghaxija konna wkoll intellghu fuqu fustun tad-dawl li kien jispikka fost l-arbli kollha.

Kien jidher car li l-holma taghna kienet milqugha ferm tajjeb minn kulhadd. ircevejna hafna kumplimenti u tifhir u dan aktar kompla jinkoraggina.

Immiss issa li nkomplu nipperfezzjonaw dak li rnexxilna naghmlu u l-ghanijiet taghna issa huma li naghmlu zewg bnadar ohra ghal fuq dan l-arblu.  Kif inhu xieraq diga hadna hsieb sabiex naghmlu disinn ta' bandiera ta' Santa Katarina li forsi tkun lesta fi zmien qasir.  Wara diversi suggerimenti qed nahsbu wkoll sabiex naghmlu bandiera kbira taz-Zejtun.  Huwa xieraq li bhala simbolu ta' l-Ghaqda li tezisti fiz-Zejtun, inperpru il-bandiera taghna lkoll fid-dhul principali ta' Beltna.  

Hajr minn qalbna lill:

W.R. Arcipriet Fr. Eric Overend

Sindku taz-Zejtun is-Sur Joe Attard u l-Kunsill Lokali.

Paul Polidano Crane Services Ltd. ta' Triq il-Barrani, Zejtun.

Saliba Bros Ltd.

Salvu Spagnol Building Contractor

Ta' Habel Ltd ta' Triq John Borg, Zejtun

 

u lil bosta u bosta persuni ohra li minghajr l-ghajnuna sfiqa taghhom din il-holma qatt ma setghet issir realta. Grazzi.