Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Dar l-Armar Guzeppi u Marija Grech

Wara li l-Parrocca taz-Zejtun wirtet xi postijiet minghand l-ahwa Guzeppi u Marija Grech maghrufa bhala ta' l-Ghoqdi, il-parrocca kienet f'pozizzjoni ahjar sabiex torganizza l-operat taghha. Bazikament il-hidma kollha tal-parrocca kienet qed issir mic-Centru parrokkjali li inbena fis-snin hamsin u propju minhabba il-volum kbir ta' xoghol, kemm pastorali min-naha ta' l-ufficcju parrokkjali kif ukoll min-naha tal-mahzen ta' l-armar, il-post sar tant zghir li kien impossibli li jesa' kollox f'daqqa.  Tentattivi li saru matul is-sena l-imghoddija sabiex wiehed jipprova jkabbar xi ftit l-ispazju ezistenti kienu kollha inutli minhabba li x-xoghol tal-llum il-gurnata huwa wiehed li ghandu bzonn spazji godda.

Kien sewwa sew wara li l-parrocca wirtet dawn il-postijiet li kien hemm tamiet godda li setgha jsir xi haga sabiex is-sitwazzjoni tirranga darba ghal dejjem. Bil-hidma fejjieda ta' l-Arcipriet habrieki Fr. Eric Overend, ix-xoghol beda minnufih u immedjatament kien inkariga lil Perit Joseph Magro A&CE sabiex ihejji pjanti preliminari ghal tibdil li kien mehtieg isir fic-centru parrokkjali sabiex dan ikun aktar accessibbli f'kull parti tieghu, kif ukoll sabiex l-Ufficcju Parrokkjali, li llum huwa mghobbi tant bil-hidma pastorali tal-Parrocca ikollu spazju bizzejjed fejn jahdem.  Kien mehtieg ghaldaqstant li hafna mill-ispazju li llum huwa okkupat bl-imhazen ta' l-armar tal-festa, jittiehed mill-ufficcju parrokkjali sabiex dan jigi modernizzat u mkabbar.  Dlonk il-pjani kienu li l-imhazen ta' l-armar jigu traseferiti ghal post li jinsab fi Triq Santu Wistin, mhux wisq boghod mic-centru tar-rahal.  Saru ghaldaqstant pjanti dwar dan il-post, sabiex dan ikun mahzen modern u attrezzat bil-htigijiet kollha moderni u neccessarji.

Wara diversi diskussjonijiet u proponimenti, il-pjanti finali kienu unanimament approvati minn kulhadd u ghaldaqstant dawn gew imressqa quddiem l-awtorita dwar l-ambjent u l-izvilupp sabiex jintalbu il-permessi kollha neccessarji.  Wara li l-permessi mehtiega kienu approvati, dlonk inbeghda x-xoghol fuq dan is-sit gdid.  Ix-xoghol manwali li huwa mehtieg fil-bini u t-tkomplija ta' dan il-mahzen gdid sar kollu mill-membri attivi u habrieka ta' l-Ghaqda ta' l-Armar 25 ta' Novembru, taht it-tmexxija ta' Marjohn Bugeja, filwaqt li l-ispejjes mehtiega saru mill-parrocca ngenerali, ghajr ghal ghajnuna zghira mill-Ghaqda ta' l-Armar. 

Wara li l-post l-antik gie imwaqqa totalment, u mnaddaf mid-debris kollu, dlonk beda jidher ix-xoghol. Ix-xoghol fil-bini ta' dan il-mahzen mexa b'ritmu mghaggel u konsistenti u ghal grazzja t'Alla dan il-mahzen lest sabiex jintuza wara li l-armar jizzarma mill-festa li ser issir f'Gunju. Herqana sabiex din is-sena nkunu nistghu inzarmaw b'aktar kumdita u minghajr wisq tbatija. Wara l-festa nkunu battalna il-post ezistenti u dan ikun ta' beneficcju f'estensjoni ta' l-ufficcju parrokkjali. Nittamaw li dan il-post gdid mhux biss ikun ta' beneficcju ghalina li ahna nvoluti fl-armar tal-festa izda wkoll ghaz-Zwieten kollha ngenerali.

Prosit u Grazzi l-ewwel u qabel kollox lil W.R. Arcipriet fr Eric Overend ta' l-inizzjativa tieghu kif ukoll lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor hadmu b'mod volontarju sabiex dan il-mahzen spazjuz ikun jista jitlesta f'qasir zmien.

Tista tara aktar ritratti fil-caption Ritratti Mahzen Gdid