Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

 

Programm tal-Festi f’Gieh

Santa Katarina V.M.

li ser tigi ccelebrata

fil-Knisja Arcimatrici w Arcipretali taz-Zejtun

mill- 14 sal- 21 ta’ Gunju 2009

 

 

 

Il-Hadd 14 ta’ Gunju 2009

10.00 am – Marc mill-Banda Zejtun, fit-toroq ewlenin taz-Zejtun.

11.00 am – Quddiesa ccelebrata ghall-benefatturi tal-parrocca.

11.30 am - Hrug ta’ l-Istatwa ta’ Santa Katarina fuq iz-zuntier tal-Knisja.  Tilqa il-hrug ta’ l-istatwa il-Banda Zejtun.  Hruq ta’ Salut, Kaxxa nfernali spanjola u murtaletti.

6.00 pm – Quddiesa ccelebrata Minn Dun Remig Saliba, Rettur taz-Zona Bir id-Deheb, ghal persuni b’dizabilita.

7.15 pm – Quddiesa ghaz-zghazagh quddiem is-Sala Parrokkjali ccelebrata minn Dun Gordon Refalo, Kappillan tal-Parrocca San Gorg Preca tas-Swatar bis-sehem tal-Grupp Heart Beat. 

It-Tnejn 15 ta’ Gunju 2009 Jum l-Familja

6.30 pm – Quddies ccelebrata minn E.T. Mons Guzeppi Mercieca Arcisqof Emeritus ta’ Malta ghal kopji mizzewgin kollha, partikolarment dawk li din is-sena qed jiccelebraw xi anniversarju partikulari. Jiehu sehem il-kor Parrokkjali. 

 

8.30 pm – Marc mill-Banda Santa Katarina taz-Zurrieq, mistiedna tal-Banda Beland, mat-toroq taz-Zona Gebel San Martin u li jintem quddiem il-Kazin tal-Banda Beland.

 

It-Tlieta 16 ta’ Gunju 2009 Jum l-Anzjani, Morda u t-tfal

4.30 pm – Quddiesa ccelebrata minn Patri Adrian Cassar Pulis O.Carm ghal Anzjani u l-Morda li fiha jigu amministrati s-sagrament tal-Grizma tal-morda.

5.30 pm – Manifestazzjoni tat-tfal bl-istatwa zghira ta’ Santa Katarina li tibda mill-Knisja l-Antika ta’ Santa Katarina (San Girgor) u tintem fil-Knisja Parrokkjali.

6.30 pm – Quddiesa ghat-tfal, ccelebrata minn Dun Henry Balzan Kappillan tal-Parrocca ta’ San Gejtanu tal-Hamrun.

8.30 pm – Marc mill-Banda San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq, mistiedna tal-Banda Beland mat-toroq taz-Zona ta’ Bir id-Deheb u li jintem quddiem il-Kazin tal-Banda Beland.

 

L-Erbgha  17 ta’ Gunju 2009 L-ewwel Jum tat-tridu

8.00 am – 12.00 pm - Hruq ta’ murtali u murtaletti

6.00 pm - Celebrazzjoni Solenni ta’ l-Ghasar.

6.30 pm – Quddiesa solenni ccelebrata mis-Sacerdot Novell Dun Ewkarist Zammit, bil-priedka tat-Tridu minn Patri Raymond Francalanza O.S.A.

8.00 pm – Kurunella, Innu, Antifona, Celebrazzjoni Ewkarstika u Bews tar-Relikwa.

8.30 pm – Marc mill-Banda Queen Victoria taz-Zurrieq, mistiedna tal-Banda Zejtun mat-toroq tar-rahal t’isfel.  Dan il-marc jibda u jispicca quddiem il-kazin tal-Banda Zejtun.

9.45 pm - Hruq ta’ beraq bil-kulur, murtali tal-kulur u kaxxa nfernali.

 

Il-Hamis  18 ta’ Gunju 2009 It-Tieni Jum tat-tridu

8.00 am – 12.00 pm - Hruq ta’ murtali u murtaletti

6.00 pm - Celebrazzjoni Solenni ta’ l-Ghasar.

6.30 pm – Quddiesa solenni ccelebrata mis Sacerdot Novell Dun Jonathan Farrugia, bil-priedka tat-Tridu minn Patri Raymond Francalanza O.S.A.

8.00 pm – Kurunella, Innu, Antifona, Celebrazzjoni Ewkarstika u Bews tar-Relikwa.

8.30 pm – L-Banda Zejtun taghti bidu ghal marc brijuz mat-toroq ewlenin taz-Zejtun.  Dan il-marc jibda u jispicca quddiem il-kazin tal-Banda Zejtun.

9.45 pm  - Hruq ta’ beraq bil-kulur, murtali tal-kulur u kaxxa nfernali.

10.30 pm – Loghob tan-nar ta’ l-art f’Misrah karlu Diacono, Ko-ordinat mill-Ghaqda tal-banda Zejtun.  

 

Il-Gimgha  19 ta’ Gunju 2009 It-Tielet Jum tat-tridu

8.00 am – 12.00 pm - Hruq ta’ murtali u murtaletti

6.00 pm - Celebrazzjoni Solenni ta’ l-Ghasar.

6.30 pm – Quddiesa solenni ccelebrata mill-Arcipriet tal-parrocca San Pawl tar-Rabat, Kan. Louis Suban bil-priedka tat-Tridu minn Patri Raymond Francalanza O.S.A.

8.00 pm – Kurunella, Innu, Antifona, Celebrazzjoni Ewkarstika u Bews tar-Relikwa.

8.30 pm – L-Banda Beland taghti bidu ghal marc brijuz mat-toroq ewlenin taz-Zejtun.  Dan il-marc jibda u jispicca quddiem il-kazin tal-Banda Beland.

9.45 pm - Hruq ta’ beraq bil-kulur, murtali tal-kulur u kaxxa nfernali.

10.00 pm – Programm ta’ muzika moderna mill-Bandisti zghazagh ta' l-Ghaqda tal-Banda Zejtun fuq l-plancier ta' l-istess socjeta.

 

Is-Sibt 20 ta’ Gunju 2009 Lejliet is-Solennita

7.45 am – Quddiesa solenni ccelebrata mill-Kan. Guzepp Abela, Kantur tal-Kollegjata ta’ Bormla.  Wara t-tqarbin isir il-kant tat-Te’ Deum b’radd il-hajr lill-Alla. Antifona u Bews tar-Relikwa.

8.30 am - Hruq ta’ Salut, kaxxa nfernali u murtaletti.

5.15 pm – Quddiesa ccelebrata minn Dun Ang Seychell, rettur taz-Zona Pastorali Gebel San Martin.

6.00 pm – TranslazzjoniSolenni tar-relikwa ta’ Santa Katarina mill-Abbazija ta' Sant' Ang, bis-sehem tal-W.R. Kleru, membri ta’ l-Ordnijiet Religjuzi u l-Arcikonfraternita tas-Sagrament. Jippresiedi Mons Lawrenz Mifsud li din is-sena qed jiccelebra l-50 sena sacerdozju. 

6.15 pm - Hruq ta’ salut, kaxxa nfernali spanjola u varjazzjoni ta’ settijiet ta’ murtaletti.

6.30 pm - Celebrazzjoni Solenni tal-Primi Vespri u Celebrazzjoni Ewkaristika. 

7.30 pm – Marc mill-Banda Zejtun mat-toroq tac-centru taz-Zejtun sa fuq il-plancier ta’ l-istess Socjeta’, fejn wara jigi mtella programm vokali u strumentali.

7.45 pm – Koncelebrazzjoni preseduta mill-W.R. Arcipriet Dun Eric Overend.

8.00 pm – Marc mill-Banda Beland minn Misrah Karlu Diacono sal-plancier ta’ l-istess socjeta’, fejn wara jigi mtella programm vokali u strumentali.

9.45 pm – Esebizzjoni ta’ lampjuni, sfejjer, blalen, settijiet ta’ beraq ikkulurit u murtali tal-kulur. Kaxxa nfernali tal-kulur.

11.45 pm - Hruq ta’ loghob tan-nar ta’ art gewwa Misrah ir-Repubblika (Quddiem ic-Centru Parrokkjali).

 

Il-Hadd 21 ta’ Gunju 2009 Jum Solenni tal-Festa

6.00 am - Quddiesa ccelebrata minn Dun Gino Gauci Kappillan tal-Komunita’ Taljana f’Malta, bit-talb tas-sejha ta’ sbieh il-jum.

7.00 am - Quddiesa ccelebrata minn Mons. Carmelo Zammit, bit-talb tas-sejha ta’ sbieh il-jum.

8.00 am - Quddiesa ccelebrata minn Mons. Guzepp Carabott, bit-talb tas-sejha ta’ sbieh il-jum.

9.00 am – L-Ghaqda tal-Banda Zejtun taghti bidu ghal marc Brijuz ta’ filghodu li jibda u jintem quddiem il-kazin ta’ l-istess Ghaqda.

9.15 am – Koncelebrazzjoni Solenni preseduta minn Dun Frans Mifsud, li din is-sena qed jiccelebra l-50 sena sacerdozju tieghu, Jinseg il-panigierku ta’ tifhir u Glorja lil Santa Katarina Mons. Karm Refalo, Arcipriet tal-Parrocca Marija Bambina Xaghra, Ghawdex.

11.30 am – Quddiesa minn Mons. Lawrenz Mifsud, rettur tal-Kon Kattidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta.

1.00 pm – Il- Banda Beland taghti bidu ghal marc popolari tas-siegha li jibda u jintem quddiem il-kazin tas-Socjeta’.

5.15 pm – Quddiesa ccelebrata minn Dun Gorg Spiteri Vici-Kappillan ta’ Marsaxlokk.

6.00 pm – Celebrazzjoni Solenni tas-Sekonda Vespri jippresiedi il-Kan. Vincenz Borg, tal-Kollegjata ta' San Pawl, Valletta.

6.00 pm – Marc mill-Filarmonika Nazzjonali La Vallete, mistiedna tal-Banda Zejtun li wara tilqa l-hrug tal-purcissjoni.  Wara tesegwixxi Programm Sinfoniku fuq il-plancier tal-Banda Zejtun.

6.15 pm – Marc mill-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta, mistiedna ta’ l-Ghaqda ta’ l-Armar 25 ta’ Novembru li jibda minn Triq San Girgor sa Misrah ir-Repubblika.  Wara l-banda takkumpanja l-purcissjoni b’innijiet religjuzi u popolari.

7.00 pm – Purcissjoni Solenni bl-Istatwa ta’ Santa Katarina V.M. bis-sehem tal-Kleru u Fratellanzi. Imexxi il-Kan. Vincenz Borg.  Fil-Hrug tal-Purcissjoni jinharqu Salut, kaxxa nfernali spanjola u varjazzjoni ta’ murtali tal-beraq.  Murtaletti jakkumpanjaw il-purcissjoni.

7.15 pm – Marc mill-Banda Santa Marija tal-Qrendi, mistiedna tal-Banda Beland.  Wara l-Banda tesegwixxi Program Sinfoniku fuq il-plancier tal-Banda Beland. L-istess Banda takkumpanja l-Purcissjoni fid-dhul taghha lura fil-knisja.

9.15 pm - Hruq ta’ settijiet ta’ beraq, beraq tal-kulur u murtali tal-kulur.

10.20 pm – Esebizzjoni ta’ Kaxxa nfernali tal-kulur, blalen, sfejjer, u baraxxi tal-kulur.

10.30 pm – Dhul trijonfali ta’ l-Istatwa ta’ Santa Katarina.  Kant ta’ l-Antifona “Prudens et Vigilians” ta’ Mro. Carlo Diacono, Celebrazzjoni Ewkaristika u ringrazzjament mill-Arcipriet.

 

Il-Kor Parrokkjali ikun taht id-direzzjoni ta’ Mro. Joe Caruana.

 

Il-Muzika fil-jiem tat-tridijiet, lejliet u jum il-festa hija ta’ Mro. Carlo Diacono (1836 – 1942) taht id-direzzjoni ta’ Mro. Mons Gwann Galea.

 

In-nar ta’ l-Ajru huwa kollu xoghol l-Ghaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru.

 

Ghal aktar taghrif tista zzur il-web-site tal-Parrocca – www.zejtunparish.com