Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Sett Qniepen Godda.

Mill-1720, meta tlesta l-bini tal-Knisja Parrokjali taz-Zejtun, opra mill-isbah ta' l-arkitett Lorenzo Gafa', insibu li sas-sena 2005, fiz-zewg kampnari taghha kienu ittellghu xejn inqas minn ghaxar qniepen. L-ewwel zewg qniepen saru fl-1735 mill-Fonditur Alosiiu Bouchut fil-Belt Valletta. Dawn iz-zewg qniepen kienu inqasmu, wahda fl-1932 u l-ohra fl-1977. It-tnejn kienu gew imsewwija izda wahda tkissret ghal-bronz fl-1936 u l-ohra giet salvata ghalkemm l-istat taghha huwa wiehed inkwetanti hafna. Fl-1837 saru tlett qniepen godda mill-fonditur Fjorentin Karlu Moreni li izda inqassmu kollha u l-ebda wahda m'ghadha tezisti. Fl-1853 wahda mill-qniepen ta' Moreni giet imdewwba mill-gdid mill-fonditur Gwanni Bozzoli f'Genova l-Italja, izda din inqasmet fl-1992. Ghalkemm sar attentat sabiex din tissewwa dan falla u l-qanpiena illum tinsab fil-mahzen ta' l-Armar. Fl-1854 saret qanpiena ohra maghrufa bhala 'ta' Klawdin'. Din ghadha tezisti sal-llum izda minhabba li t-tonalita taghha huwa wiehed inferjuri hafna, ma tantx tintuza. Fl-1879 l-ahwa Boero ta' Genova fl'Italja ghamlu qanpiena ohra li hija maghrufa bhala 'il-Gdida'. Din ukoll ghadha tezisti izda hija misjura hafna. Fl-1885 il-Fonditur Gulju Cauchi ta' Bormla fonda l-qanpiena l-kbira, izda wara li fis-snin 80 din kienet inqasmet u giet irrangata din bidlet it-tonalita taghha totalment. Din il-qanpiena propju tnizzlet mill-kampnar f'Mejju 2005 u illum tinsab fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Fl-1947 saret il-qanpiena 'Antonia' mid-ditta John Taylor ta' l-Ingilterra li ghadha sal-llum f'kundizzjoni tajba hafna.

   

Kien ilu jinhass il-bzonn li jsir xi haga minhabba li l-istat tal-qniepen fiz-Zejtun kien wiehed ferm inkwetanti. Il-hsieb sabiex issir il-qanpiena il-kbira flok dik ta' Gulju Cauchi, kien ilu jinhema madwar 15 il-sena u stimi differenti nhargu kemm il-darba. F'Settembru 2002 meta kien qed isir restawr fuq il-koppla tal-Knisja id-donatur Guzeppi Vella gietu x-xewqa li joffri din il-qanpiena lill-parrocca. Ix-Xewqa intweriet pubblikament fl-2004 meta gie imniedi il-hsieb tal-Festi Centinarji f'gheluq l-1700 sena mill-Martirju ta' Santa Katarina. Wara li sar rapport dettaljat tal-qniepen kollha ezistenti, ittiehdu il-frekwenzi akustici taghhom, b'mod xjentifiku u saret analizi dettaljata fil-laboratorju tal-funderija Taylor gewwa l-Ingilterra, sar maghruf li l-qanpiena 'Antonia' biss kellha tonalita prospettiva. L-intonazzjoni tal-qanpiena ta' Gulju Cauchi kienet distrutta totalment u ghaldaqstant gie deciz li ghanda issir qanpiena gdida b'nota si be molle  b'diametru ta' hames piedi u tmin pulzieri u nofs, b'piz ta' ftit aktar minn 3 tunellati. Il-Kuntratt sar fil-15 ta' Novembru 2004 u l-qanpiena iddewbet nhar it-3 ta' Marzu 2005.  Waslet Malta abbord il-vapur 'Victory" nhar is-16 ta' Mejju 2005 u iddahhlet trijonfalment gewwa iz-Zejtun il-Hamis 26 ta' Mejju 2005 fejn inghatat merbha mill-aqwa. Nhar id-29 ta' Mejju saret ic-Cerimonja tal-Maghmudija taghha fuq z-zuntier tal-Knisja fejn inghatat l-isem ta' 'Esther'.  Din il-qanpiena ittellghet fil-Kampnar it-Tnejn 30 ta' Mejju 2005 u indaqqet ghall-ewwel darba s-Sibt 4 ta' Gunju 2005 fi tmiem dimostrazzjoni li saret fiz-Zejtun mal-wasla tal-Vara titulari minn intervent ta' restawr.

Wara l-festa li saret f'Gunju 2005 jidher li kienu bosta il-benefatturi li urew ix-xewqa li joffru qniepen godda lil Parrocca u ghaldaqstant f'Awissu 2005 sar kuntratt ghall-tlett qniepen godda. Dawn il-qniepen gew imdewwba wkoll fil-Funderija Taylor ta' l-Ingilterra fil-15 ta' Settembru 2005 u waslu Malta abbord il-Vapur ' Majestic' fl-1 ta' Novembru 2005.  Fit-11 ta' Novembru 2005 gew moghtija merbha kbira meta iddahhlu fil-pjazza taz-Zejtun b'mod trijonfali u tqeghdu fuq iz-zuntier tal-Knisja. Fit-13 ta' Novembru saret ic-cerimonja tal-maghmudija taghhom fejn inghataw l-ismijiet, 'Katarina', 'Maria-Emma' u 'Salvina' rispettivament. Maghhom mill-Ingilterra kienu waslu wkoll travu u ilsien gdid ghal qanpiena 'Antonia'.  It-tnejn 20 ta' Novembru 2005 il-qanpiena 'Antonia' giet imnizzla mill-kampnar sabiex ikunu jistghu jittellghu il-qniepen il-godda. Filghaxija dawn gew imtellgha fil-kampnar flimkien mal-qanpiena 'Antonia'.  Il-qniepen il-godda daqqew ghall-ewwel darba kollha flimkien nhar l-20 ta' Novembru 2005 fi tmien pellegrinagg devozzjonali li sar fiz-Zejtun fi tmiem il-festi Centinarji.

L-erbgha qniepen godda li saru matul din is-sena flimkien mal-qanpiena 'Antonia' gew impoggija f'kampnar wiehed sabiex it-tonalita taghhom tkun wahda aktar melodjuza u kompleta. Id-daqq hlejju ta' dan is-sett qniepen huwa wiehed tassew sabih u bla dubju finalment, nistghu nghidu li wara kwazi 300 sena mill-bini tal-Knisja Parrokkjali taz-Zejtun, it-tempju issa huwa mzejjen b'sett qniepen mill-aqwa.

 

Hajr lil Kenneth Gauci ta' l-informazzjoni u ritratti li tani.