Ghaqda ta' l-Armar - Zejtun

Santa Katarina V.M. Misrah Dicembru 13, Zejtun

Is-Socjeta Muzikali Beland AD: 1861

L-origini Muzikali tal- Banda Beland jehduna lura sa l-ewwel nofs tas-seklu 19. Skond l-istoriku Castagna 'Storja ta' Malta' Pagna 248, fis-sena 1832 kienet diga tezisti l-orkestra taz-Zejtun imwaqqfa u diretta mis-Sur Giobatta Diacono.  L-istess Diacono kien gab mill-Italja lil kompozitur Michele DeFerraris biex jirriforma l-orkestra u aktar tard jghin fit-twaqqif tal-Banda.  Izda skond dokument awtentiku li jinsab ghand l-istess socjeta, dan DeFerraris kien diga jinsab Malta fis-sena 1829. Dan ifisser b'mod car li f'din id-data l-orkestra kienet diga imwaqqfa.  Mal-mewt ta' Diacono fl-1849 l-orkestra ghaddiet f'idejn ibnu Orazio li kompla fejn halla missieru biex fl-1861 biddel din l-orkestra f'Banda, dejjem bil-ghajnuna ta' DeFerraris.

Fil-bidu taghha l-banda kienet ta' divertiment ghall-poplu, tant li din kienet tiehu sehem fl-intervalli waqt rapprezentazzjonijiet teatrali gewwa z-Zejtun. Intant mat-twaqqif taghha l-banda kienet tiehu sehem fil-festa ta' Santa Katarina kif ukoll fil-purcissjoni tal-Gimgha il-Kbira kif jixhdu marci ta' l-epoka li jinsabi fl-arkivji tas-Socjeta.  L-ewwel programmi barra z-Zejtun kienu dawk gewwa Hal Ghaxaq, kemm fil-festa ta' Santa Marija kif ukoll fil-Gimgha l-Kbira (1867), festa ta' Chorpus Christi fir-Rabat u l-festa tal-Madonna ta' Liesse gewwa l-Belt Valletta (1870).

Fis-sena 1868 il-Banda ghaddiet f'idejn Mro. Angelo Mifsud (Cirkes) li kompla jirriformha u jkabbarha biex fl-1898 insibuha taht id-direzzjoni taz-zghazugh Carlo Diacono, iben il-fundatur.  Hawnhekk il-banda ghamlet il-qabza fil-kwalita kemm minhabba t-talenti kbar li kellu kif ukoll ghax kien jitghallem ghand il-Professur Paolino Vassallo li kien aghdu kemm temm l-istudji tieghu gewwa Parigi taht Gounod u Massenet.

 

Carlo Diacono, wiehed mill-akbar kompozituri Maltin ta' Muzika sagra halla lis-Socjeta wirt kbir specjalment l-Innu Immortali 'Dei Sacri Ministri" li huwa ikkompona ghal Banda fl-1919. Fl-istess zmien il-Banda zanznet uniformi gdida stil regimentali filwaqt li kellha ohra bajda ghal granet tas-sajf.  Fis-26 ta' Settembru 1920, l-Arcisqof Dom Mauro Caruana ikkonsagra lis-socjeta lill-Qalb Imqaddsa ta' Gesu.

Surmast iehor li halla marka kbira fuq il-Banda kien Antonio Miruzzi maghruf ghas-serjeta u l-impenn tieghu. Hallalis-socjeta ghad kbir ta' marci funebri kif ukoll muzika sagra ghall-Gimgha Mqaddsa. Ix-xitla muzikali li nzerghet mill-familja Diacono bdiet thalli l-frott ghaliex bosta kienu dawk il-bandisti tas-socjeta li komplew l-istudji taghhom u jaghmlu unur lilhom infushom u lil banda. Fosthom insemmu lis-Surmastrijiet Clo. Baldacchino, Guzeppi Spiteri, Joseph M. Barbara, Hector Dalli u Frank Mercieca.

Il-Banda Beland hadet sehem fil-festi Governattivi u Nazzjonali kollha kif ukoll fil-festi kollha fl'irhula Maltin. Fl-1978 il-Banda zanznet il-plancier artistiku taghha u fl-1986 is-sezzjoni zghazagh tas-socjeta rregalaw lis-Socjeta, l-arkivju muzikali.  

Fis snin 90, fi spazju ta' 5 snin il-Banda siefret barra minn xtutna fi tlett pajjizi differenti. Fis-sena 1994 is-Socjeta waqqfet gemellag mas-Socjeta Belandista Germaniza u b'rizultat t'hekk il-banda giet mistiedna izzur il-Kastell t'omm il-Granmastru Hompesch gewwa Rheydt fejn esegwiet diversi programmi.  Sena wara fl-1995 il-banda regghet halliet xtutna din id-darba diretta lejn il-Federazzjoni Russa fejn zaret Moska u tat Kuncerti gewwa l-Belt imperjali ta' San Pietruburgu.  Fl-1998 il-Banda marret Como fuq stedina tas-Sindku ta' din il-Belt fejn esegwiet programm muzikali fil-pjazza tal-Katidral. Il-banda esegwiet programmi ohra gewwa Erba, Cadorago u Lazzate.

Fil-prezent il-Banda hija immexxija mis-Surmast Ray Sciberras F.L.C.M.

Minbarra il-Kumitat Centrali ta' din is-socjeta insibu wkoll diversi Sezzjonijiet ohra fosthom is-Sezzjoni Partitarji, Il-Kummissjoni hbieb tal-Gimgha l-Kbira u diversi ferghat ohra li kollha flimkien jkomplu jaghtu il-hajja lil din is-Socjeta b'tant u tant successi.

Sabiex izzur il-website ufficjali tas-Socjeta Muzikali Beland ghafas fuq:                     http://www.belandband.com